Kummerċ

Il-prezz taż-żejt ikompli nieżel

Għall-ewwel darba fi 12-il sena, il-prezz internazzjonali taż-żejt niżel taħt it-$30 kull barmil. Il-prezz skont is-swieq Amerikani immarka $29.93 li hu l-inqas prezz ikkalkulat sa minn Diċembru 2003.

Il-movimenti fis-swieq ġewwa iċ-Ċina qed jimbuttaw ‘l isfel il-prezz internazzjonali taż-żejt. Minn Ġunju 2014 il-prezz taż-żejt niżel b’70 fil-mija.