Ix-Shadow Minister għall-Politika Soċjali appellat lill-Gvern jekk ikunx aħjar li l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol tas-Social Workers jiġi rtirat u jiġ ppreżentat Abbozz ġdid wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet kollha u l-emendi l-ġodda li l-Gvern qal li se jkun qiegħed iressaq.
Id-dibattitu fil-Parlament fl-istadju tat-Tieni Qari dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol tas-Social Workers, bed ajiġi diskuss illejla, bil-ftehm li l-Ministru Michael Farrugia jagħmel l-introduzzjoni tal-Abbozz u d-dibattitu jkompli f’seduta oħra.
Ix-Shadow Minister ressqet it-talba biex jiġi rtirat f’dan l-istadju l-Abbozz kif imressaq fil-Parlament minħabba li fissret li jirriżulta li l-professjonisti ma ġewx ikkonsultati. Talbet lill-Ministru jekk jistax jirtira dan l-Abbozz u jiġi preżentat abbozz ġdid bl-emendi meħtieġa.
Il-Ministru qal li l-parti l-kbira tal-Abbozz se jibqa’ kif inhu u kif jiġri f’abbozzi oħrajn se jkun hemm emendi żgħar u għaldaqstant jista’ jibqa’ għaddej id-dibattitu biex fl-istadju ta’ Kumitat isiru l-emendi meħtieġa.
Fl-istess waqt, il-Ministru Farrugia qal li se jkompli jiltaqa’ mal-professjonisti biex jintlaħaq ftehim fuq punti li dwarhom għad hemm problemi u diverġenzi.
//= $special ?>