Miguel Bonello, ta’ tnax-il sena mir-Rabat rebaħ unur prestiġjuż fin-‘Northern Lights’ il-Fillandja.
Riċentament rebaħ il-konkors lokali ‘Raise Your Voice’ imtella’ minn Erseb Productions. Dan wassal biex imur jipparteċipa f’festival Internazzjonali ‘Northern Lights 2016’ fil-Finlandja, li sar nhar il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2016 fejn hemm ħadu sehem ukoll tmien pajjiżi ohra Ewropew, fosthom Estonia, Latvia, Ingilterra, Georgia, Russja, Danimarka,Finlandja kif ukoll Malta.
F’dan il-festival, Miguel ħa sehem b’żewġ kanzunetti, Grande Amore u Vincero, oriġinati mill-group Il Volo u Fredrik Kempe rispettivament. F’dan il-konkors ħadu sehem ukoll erba’ parteċipanti oħra minn Malta, Giorgia Helen Borg, Eila Mangion, Mardy Farrugia u Michela Dalli flimkien ma’ Miguel Bonello li rebaħ il-premju magħruf bħala il ‘GRAN PRIX’ ta’ dan il- festival. Il-premju ‘GRAN PRIX’ ifisser li kien l-aqwa kantant tal-festival fl-erba’ kategoriji maqsumin fuq etajiet differenti ta’ kantanti li jvarjaw bejn 7 sa 20 sena u akbar, fosthom anke ta’ ħamsin sena.
Miguel beda l-karriera tiegħu fil-kant ta’ għaxar snin fejn mill-bidu ta’ din il-karriera beda jigi magħżul biex jieħu sehem f’diversi festivals kemm lokali kif ukoll barranin. Ħa sehem ukoll fil-festival ‘Una Stella Sta Nascendo’ fl-2015 fejn ikwalifika lilu n-nifsu mal-ewwel erba’ finalisti. Dan il-kantant zagħzugħ irrappreżenta lil Malta wkoll fil-festival International ‘Star Rain’ ġewwa Praga fejn ikwalifika fir-raba’ post. Hawn ukoll kien fost diversi kantanti oħra ġejjin minn pajjizi madwar il-kontinent Ewropew.
Is-suċċess ta’ Miguel huwa marbut mal-kapaċita professjonali ta’ Gillian Attard u Maestro Joseph Chircop ġejjin mill-La Voix Academy. Giorgia Helen Borg, Eila Mangion u Mardy Farrugia iklassifikaw ruħhom fl-ewwel post f’kategoriji ohra diversi ta’ dan il-festival internazzjonali. Huma wkoll immexxija minn Gillian Attard. Eila Mangion intgħażlet biex tirrappreżenta lil Malta ġewwa festival fil-Latvia s-sajf. Michela Dalli mmexxija minn Pamela Bezzina ukoll ġiet l-ewwel fil-kategorija taghha.
//= $special ?>