Internazzjonali

Sejħa biex jitneħħa l-God Save the Queen

Qed isir sforz biex l-Ingilterra jkollha innu nazzjonali għaliha u mhux il-God Save the Queen li uffiċjalment hu l-innu tar-Renju Unit.
Il-membri Parlamentari mistennija jivvutaw dwar din il-proposta biex forsi ssir l-istess bħal l-Iskozja u Wales li għandhom l-innu nazzjonali tagħhom.
Meta l-Ingilterra tieħu sehem f’kompetizzjoni sportiva, l-innu li jindaqq hu dak tar-Renju Unit kollu li jinkludi anki l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq, filwaqt li l-bandiera tkun tal-Ingilterra, salib aħmar fuq sfond abjad.
Issa l-Membru Parlamentari Laburista Toby Perkins qed jipproponi li jkun hemm l-innu għall-Ingilterra biss.
Bħala alternattivi għal God Save the Queen, hemm O’Jerusalem, Land of Hope And Glory u There’ll Always Be An England.