Internazzjonali

Skont l-ECHR…Min iħaddem jista’ jaqra l-messaġġi tal-ħaddiema

Skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) fi Strasburgu, kumpaniji jistgħu jaqraw il-messaġġi privati ta’ ħaddiema li jkunu ntbagħtu waqt ħinijiet tax-xogħol. Dan jgħodd kemm għal dawk permezz ta’ sistemi ta’ chat kif ukoll emails.
L-ECHR qalet li kumpanija li kellha dritt li taqra dak li kien qed jikteb ħaddiem fuq iċ-chat tal-Yahoo Messenger waqt li kien ix-xogħol. Il-qorti qalet li hu kien kiser ir-regoli tal-kumpanija u l-kumpanija kellha d-dritt tara jekk kienx qed jaħdem.
Id-deċiżjoni teffettwa l-pajjiż kollha li ratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.
Il-kawża kienet infetħet mill-ħaddiem li fl-2007 kien tkeċċa mill-kumpanija wara li qrat il-messaġġi li kien qed jibgħat waqt il-ħin tax-xogħol.
L-Imħallfin tal-qorti qalu li filwaqt li l-kumpanija kellha dritt tara x’messaġġi kienu qed jintbagħtu, intqal li l-abbuż mhux aċċettabbli u li jrid ikun hemm regoli biex ikun definit dak li min iħaddem jista’ jara u kif.