L-ispiża tal-fuel fuq it-tieni karozza tal-Prim Ministru hi ħafna ogħla mill-ispiża fuq il-fuel għall-karozza uffiċjali – 38 litru aktar li jammonta għal €44 aktar fil-ġimgħa.
Fi tweġiba li ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija tal-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius, il-Prim Ministru qal li minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015, l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tiegħu kienet f’medja ta’ €70 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 49 litru fil-ġimgħa.
L-ispiża tal-fuel fuq it-tieni karozza tal-Prim Ministru kienet f’medja ta’ €114 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 87 litru fil-ġimgħa. It-tieni karozza bdiet tintuża f’Marzu 2014.
Fl-aħħar leġislatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru kienet ta’ €96 fil-ġimgħa għal medja ta’ 76 litru fil-ġimgħa. Fuq it-tieni karozza l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ €27 fil-ġimgħa għal medja ta’ 21 litru fil-ġimgħa.
//= $special ?>