Futbol Sport

Wara l-aħħar deċiżjonijiet tar-referees fil-konfront ta’ Floriana…Luis Oliviera jgħid li hemm xi ħaġa kontra t-tim tiegħu

F’kummenti li ta lil Replay għall-programm ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej fid-9pm fuq Net Television, Replay Preview il-kowċ ta’ Floriana Luis Oliviera qal li hemm xi ħaġa kontra t-tim tiegħu b’referemza ċara lejn id-deċiżjonijiet meħuda mir-referees matul dan l-istaġun fil-konfront ta’ Floriana. Il-Belġjan qal dan wara l-partita ta’ nhar il-Ħadd li għadda kontra Tarxien Rainbows, fejn fost oħrajn wara ftit minuti logħob mill-ftuħ tal-partita huma kellhom episodju ta’ penalty li iżda r-referee ġġudika li ma kienx waqt li fl-aħħar ħmistax-il minuta logħob kellhom lill-gowlkiper Matthew Calleja Cremona mkeċċi.

Il-kummenti ta’ Luis Oliviera ikomplu ma’ numru ta’ kummenti oħra li kien diġa’ tenna aktar kmieni dan l-istaġun, il-President ta’ Floriana Riccardo Gaucci.

Għall-aħħar informazzjoni dwar il-futbol lokali agħfas LIKE fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook.