L-avukat Taljan Marcello Marcatajo, li kien jaħdem mill-qrib ma’ numru ta’ kapijiet tal-grupp tal-mafja Acquasanta ta’ Palermo, kien qed jippjana li jittrassferixxi ġidu lejn Malta għax kien begħan li se jiġi arrestat, kif filfatt ġara.
Marcatajo, li għandu 69 sena, kien jaħdem mill-qrib u jieħu ħsieb imexxi l-propjetajiet tal-kuntrattur mafjuż Vincenzo Graziano, kif ukoll il-kap tal-mafja Vito Galatolo u issa qed ikun akkużat b’riċiklaġġ tal-flus, użu mill-ġdid ta’ fondi lleċiti kif ukoll li ffaċilita lill-mafja Cosa Nostra.
Jirriżulta wkoll li riċentament ħaa ħsieb il-bejgħ ta’ madwar 30 propjeta’ għal total ta’ madwar kwart ta’ miljun ewro u li minn dawn il-flus inxtara splussiv li suppost ekllu jintuża biex fl-2012 jinqatel il-Maġistrat Nino Di Matteo, li ħadem fuq proċessi kontra l-mafja.
L-avukat Marcatajo ġie nterċettat waqt telefonati fejn juri l-biża’ tiegħu li Vito Galatolo, li issa qed jassisti lill-Pulizija, se jikxef lilu wkoll u għalhekk kien qed iħejji biex jittrasferixxi bil-moħbi ġidu kollu.
Minbarra Marcatajo, jumejn ilu ġew arrestati wkoll tmien persuni oħra li qed jaffaċċjaw akkużi ta’ assoċjazzjoni mafjuża, fosthom l-inġinier Francesco Cuccio ta’ 67 sena.
Iżda fl-investigazzjoni ħareġ li anke l-kap tal-mafja Francesco Graziano kien xeħet għajnejh fuq Malta u issa l-Pulizija Taljana firxet l-investigazzjonijiet tagħha anke’ fuq pajjiżi oħra bħar-Rumanija, il-Bahrain u l-Italja.
Dan għaliex l-uffiċjali Taljani qed jissuspettaw li l-flus , propjetajiet u kumpaniji sekwestrati huma biss nitfa ta’ dak li għad fadal jiġi skopert.
Filfatt f’telefonata li skoprew il-Pulizija, l-inġinier Cuccio jgħid lill-avukat Marcatajo: “Marcello f’Malta … irrid immur man-neputi tiegħi. Jekk trid nurik it-triq. Fuq kollox mill-Ajruport ta’ Catania tgħaddi kif trid, qisu xejn m’hu xejn.”
//= $special ?>

