Lokali

Hearing aid, pinna, kappell u qasba tas-sajd fost l-affarijiet mitlufa u ritornati lill-Pulizija

Il-Pulizija ppublikaw lista sħiħa ta’ oġġetti lost & found, jew aħjar li matul is-sena ntilfu jew intesew mis-sidien tagħhom, instabu u ġew ritornati lill-Pulizija.

Fost l-affarijiet l-iktar kurjużi li nstabu wieħed isib dinghy, kitarri, drones, pinna, kappell, qasba tas-sajd u lbiesi iżda wkoll affarijiet oħra bħal kit tal-insulina, banketta, tyre tal-karozza u jack u hearing.

Bla dubju, minbarra dawn l-oġġetti mhux tas-soltu, wieħed isib ukoll lista sħiħa ta’ oġġetti oħra bħal flus, kartieri bid-dokumenti tal-identita’ fihom, u mobiles fost l-oħrajn.

Kull sena l-Pulizija hi obbligata bil-liġi li tippublika din il-lista bl-għan li jinstabu s-sidien tal-oġġetti u jkunu ritornati lilhom.

Il-lista sħiħa tinsab hawn.