Futbol Sport

Il-FIFA tkeċċi lil Valcke

Il-FIFA ħabbret li keċċiet lis-Segretarju Ġenerali Jerome Valcke. Dan tal-aħħar kien temporanjament sospiż wara li allegatament biegħ biljetti tat-Tazza tad-Dinja tal-2014 bi prezz għola minn dak li suppost. F’Settembru li għadda Valcke kien sospiż għal 90 jum mill-Kumitat tal-Etika tal-FIFA filwaqt li ġimgħa ilu din is-sospensjoni kienet ġiet esiża b’45 jum ieħor. Ilbieraħ ħarġet l-aħbar li issa Valcke tkeċċa mill-kariga.

Valcke, li għandu 55 sena kien ilu sa mill-2007 Segretarju Ġenerali tal-FIFA imma bħal ħafna persuni fi ħdan il-FIFA ġie fl-inkwiet hekk kif bdew l-investigazzjonijiet marbuta ma’ numru ta’ każijiet ta’ korruzzjoni fi ħdan il-Federazzjoni nnifisha.

Il-Kumitat tal-Etika tal-FIFA issa qiegħed jitlob biex Valcke jkun sospiż għal għormu minn kull attività tal-futbol u d-deċiżjoni dwar dan jekk hux se jsir tittieħed la darba tintemmlu s-sospensjoni.

Ta min jiftakar li fost diversi nies li ġew sospiżi hemm anke l-President tal-FIFA stess Sepp Blatter u l-President tal-UEFA Michel Platini. Dawn it-tnejn ġew sospiżi għal tmien snin wara li sar magħruf li Platini, fl-2011, kien irċieva pagament mingħand Blatter għal xogħol li kien għamel bejn l-1999 u l-2002. Il-problema kienet li dan il-pagament ma kienx dikjarat bil-miktub.