Lokali

Malta l-iktar rappreżentata f’fiera tal-industrija tal-imħatri u l-casino’ online

Kollox qed jindika li pajjiżna se jkun l-iktar wieħed rappreżentat waqt il-fiera Ice li se ssir bejn it-2 u l-4 ta’ Frar fl-Excel Centre ta’ Londra. Matul din il-fiera jsiru numru ta’ konferenzi u seminars dwar l-industrija tal-imħatri u l-casino’ online.

Filfatt pajjiżna jidher li se jkun rappreżentat minn 34 kumpanija, 11 iktar mill-Istati Uniti bi 23. Issegwi l-Italja bi 18-il kumpanija rappreżentati waqt din il-fiera rinomata internazjonalment u li tagħti opportunita’ ta’ kuntatti ġodda minn madwar id-dinja.

Matul din il-fiera mistennija jkunu rappreżentati 130 pajjiż b’attendenza ta’ madwar 25,000.