Malta ssemmiet fi proċess li għaddej bħalissa fl-Italja b’rabta ma’ casino’ online bbażat f’Malta li kien jopera metodi llegali u saħansitra assoċjat ma’ attivita’ mafjuża fi Sqallija biex jevitaw ir-regoli b’rabta mal-logħob tal-azzard.
Fl-aħħar żviluppi dwar dan il-każ, żewġ inġiniera , Alessandro Donateo ta’ 45 sena u Luca Contursi ta’ 43 sena nħelsu mill-akkużi li ffaċilitaw l-illegalitajiet permezz tax-xogħol tekniku tagħhom.
Filfatt il-proċess sab li l-inġiniera għamlu x-xogħol tekniku mingħajr ma kienu jafu bl-illegalitajiet li kienu għaddejjin. Instab ukoll li ma kellhomx x’jaqsmu mal-logħob tal-azzard.
Minħabba dawn l-akkużi, iż-żewġ inġiniera kienu diġa’ arrestati għal xi jiem lura fl-2011. Issa jidher li l-avukati difensuri tagħhom qed jikkunsidraw li jfittxu għad-danni b’rabta ma’ dan l-arrest.
//= $special ?>

