Kif ilhom jirrappurtaw il-ġurnali għal diversi xhur, id-Deputat Mexxej Laburista Toni Abela qed jitħallas għas-servizzi lill-Ministeru ta’ Michael Farrugia. U huwa wkoll avukat għall-Ministeru ta’ Joe Mizzi. Iżda minkejja dawn il-fatti, Toni Abela qed jgħid li m’ghandux konsulenzi.
Hekk stqarr Toni Abela fil-programm Dissett din il-ġimgħa. Hu saħaq b’mod mill-aktar ċar, “jien qas għandi konsulenzi”.
Għalkemm ftit tas-sekondi wara, ikkoreġa ruhu. U ammetta li veru qed joffri dawk li hu sejjħilhom servizzi legali.
Imbgħad Toni Abela qal illi l-Gvern jemmen fih. “Il-Gvern jemmen fija u jien nemmen fil-Gvern. Għalhekk għandi l-pożizzjoni ta’ bniedem ta’ fiduċja, bħal ħafna oħrajn”.
Waqt l-intervista Toni Abela tkellem ukoll dwar il-kontroversja tal-Australia Hall, u qal li f’dan il-każ huwa l-PN li qed jaqbad mal-Lejber.
//= $special ?>