F’intervista esklussiva ma’ Angelik Caruana minn meta ħarget id-deċiżjoni tal-Ariċsqof dwar l-allegati Dehriet f’Borg in-Nadur, Angelik iddikjara li hu se jobdi d-digriet maħruġ mill-kurja dwar il-każ.
Permezz tal-programm Mhux ghax jimpurtani, Net Television kompla jsegwi din l-istorja kontroverjsali li ilha għal dawn l-aħħar għaxar snin tkun diskussa fl-opinjoni pubblika.
Allegati dehriet f’Borg in-Nadur u fid-dar tal-familja Caruana f’Birżebbuġa.
F’intervista fid-dar tal-familja Caruana f’Birżebbuġa, Angelik Caruana jesprimi ubbidjenza lejn id-deċiżjoni tal-Knisja.
Iżda minkejja din id-deċiżjoni, skont Angelik Caruana, il-fenomini madwar l-istatwa tal-Madonna li hemm f’waħda mill-kmamar tad-dar tal-familja, għadhom jiġru.
Għal dawn l-aħħar għaxar snin id-dar tal-familja Caruana inbidlet totalment, hekk kif mill-istatwa tal-Madonna li xtrat l-omm, Catherine, allegatament beda ħiereġ demm, melħ u likwidi.
Dan flimkien ma’ allegati fenomini oħra li xhieda tagħhom hemm diversi nies.
Iżda bla dubju li d-digriet tal-Knisja, li dawn l-allegati fenomini mhumiex divini, ġabet diżappunt fil-familja Caruana li tibqa ssostni li m’hemm l-ebda ngann f’din l-istorja.
Bla dubju, li dan il-każ issa se jiddawwar minn element ta’ skiet, bid-devoti ddeterminati li jibqghu isaħħu l-fidi tagħhom u dawk xettiċi jikkunsidraw dan il-każ bħala wieħed magħluq.
//= $special ?>