Futbol Sport

FILMAT – Il-leaders Valletta f’konfront iebes kontra Tarxien Rainbows

Wara r-rebħa sofferta ta’ nhar il-Ħadd li għadda kontra Naxxar Lions, fit-tmiem il-ġimgħa l-leaders tal-Kampjonat Premier Valletta jmisshom jilgħabu kontra Tarxien Rainbows. Dan hu konfront delikat għat-tim taħt it-tmexxija ta’ Paul Zammit hekk kif Tarxien kienu konvinċenti fl-aħħar partita li lagħbu u rebħu 3-0 kontra Floriana. Indubjament dan hu l-aktar konfront interessanti mit-18-il ġurnata tal-Kampjonat Premier bejn żewġ timijiet li preżentament jinsabu għaddejin minn forma pożittiva.

Segwi s-servizz dettaljat b’kitba ta’ Christian Micallef li jagħti l-aħħar dettalji qabel din il-partita li tintlgħab is-Sibt, fl-4:15pm fil-Victor Tedesco Stadium. Dan is-servizz jinkludi kummenti mingħand iż-żewġ kowċis rispettivi, Paul Zammit ta’ Valletta u Jacques Scerri ta’ Tarxien kif ukoll tal-akkwist il-ġdid ta’ Valletta f’Jannar, id-difensur Brażiljan Diego Balbinot u ż-żagħżugħ prometenti ta’ Tarxien, Aryton Azzopardi.

Replay Preview hu wieħed mill-programmi li għandhom produzzjoni tat-tim ta’ Replay hu li jixxandru fuq Net Television u Radio 101. Apparti l-programm tal-Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television, il-programm prinċipali u l-aktar popolari, jixxandar il-Ħadd fid-9:35pm fuq Net Television waqt li l-għada t-Tnejn, id-diskussjoni tkompli fuq ir-radju permezz ta’ Replay Ikompli fuq Radio 101 fit-8pm. Aktar minn hekk il-paġna ta’ Replay fuq Facebook hija kontinwament aġġornata bl-aħħar aħbarijiet dwar il-futbol domestiku speċjalment fiż-żmien meta s-suq tat-trasferimenti ikun miftuħ u attiv, bħal m’hu bħalissa matul ix-xahar ta’ Jannar. Il-Facebook Page ta’ Replay hija ukoll magħrufa għall-filmati b’intervisti esklussivi li jixxandru l-ewwel darba fuq din il-paġna.

Skont l-aħħar surveys ippublikat mill-Awtoritá tax-Xandir u aktar riċenti mill-Media Warehouse, Replay reġa’ kien konfermat bħala l-aktar programm sportiv segwit minn fost il-programmi sportivi kollha minn fuq l-istazzjonijiet televiżivi f’Malta.

Ritratt ta’ Christine Borg.