Redent Falzon rebaħ il-Kampjonat Ewropew bħala imitatur tal-kantant leġġendarju tar-Rock & Roll, Elvis Presley. Falzon kien qed jkkompeti ma’ imitaturi oħrajn f’konkors li nżamm f’Birmingham, l-Ingilterra.
Redent Falzon ilu jimita lil Elvis għal dawn l-aħħar 10 snin. F’dan il-kampjonat fuq livell Ewropew, ipparteċipaw b’kollox madwar 80 imitaur ta’ Elvis.
Fost il-kummenti li ngħaddew dwar l-ispettaklu li offra Redent Falzon kien hemm dak li l-koreografija tiegħu kienet eċċellenti, bil-movimenti tiegħu jixbħu ħafna dawk tar-Re tar-Rock & Roll.
//= $special ?>

