Ħafna huma dawk li għadhom jiftakru lill-eks assistant referee tal-FIFA, Emmanuel Zammit jirrapreżenta lil Malta fit-Tazza tad-Dinja tal-1998, u li kienet saret fi Franza. F’dik l-edizzjoni, waħda mill-partiti li Zammit kien ikkontrolla kienet bejn l-Olanda u l-Belġju fl-istadju tal-gruppi u fuq osservazzjoni tiegħu stess kien tkeċċa l-attakkant Olandiż, Patrick Kluivert mir-referee Taljan Pierluigi Collina. Ilejla, fil-programm Replay Preview li jibda fid-9pm fuq Net Television, Christian Micallef se jkun qed jintervista lil Zammit fir-rokna ‘X’Sar Minnhom?’.
Illum Zammit għandu 59 sena. Apparti l-esperjenza li kellu bħala assistant referee, jew aħjar linesman kif kienu jgħidulhom fiż-żmienu, fit-Tazza tad-Dinja tal-1998 hu kien ikkontrolla partiti fl-istadju finali tal-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000 li saru fl-Olanda u l-Belġju, is-semi-finali tal-UEFA Champions League u l-partita finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena tal-1997 li saret fl-Eġittu.
Intant fil-programm Replay Preview tal-lejla se jkun hemm servizzi estensivi dwar kull partita li se tintlgħab bejn is-Sibt u l-Ħadd mit-18-il ġurnata tal-Kampjonat Premier. Dan il-programm sportiv hu l-uniku programm tax-xorta tiegħu li jwassal servizzi dettaljati, b’intervisti, filmati u aħbarijiet qabel kull partita mill-Kampjonat Premier. Għaldaqstant ilejla jkun hemm preview bl-aħħar dettalji qabel il-partita tal-ġimgħa bejn il-leaders Valletta u Tarxien Rainbows, b’intervisti fost oħrajn maż-żewġ kowċis rispettivi Paul Zammit ta’ Valletta u Jacques Scerri ta’ Tarxien.
Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija hu mwassal bl-appoġġ ta’ Twistees, McVities, Carlsberg, GasanMamo Insurance, Best Deal Properties, King of Shaves u Malta Football Players Association.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay, li jixxandru fuq Net Television u Radio 101, wieħed għandu jidħol fil-paġna ta’ Replay fuq Facebook.
//= $special ?>