Ekonomija Lokali

Muscat jiddikjara li ma jridx iraħħas il-prezzijiet tal-enerġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ deċiż li ma jraħħasx il-prezzijiet tal-enerġija, li jinkludu d-diesel u l-petrol, biex dawn jiġu jirriflettu l-prezz internazzjonali taż-żejt.

Muscat għamel din id-dikjarazzjoni meta kien qed jieħu sehem fi djalogu organizzat mill-Kamra tal-Kummerċ, li fih il-President tal-Kamra Anton Borg appella lill-Gvern biex inaqqas il-prezzijiet tal-prodotti marbutin mal-enerġija wara li l-prezz internazzjonali taż-żejt issa roħos u niżel f’livelli rekord.

Madankollu, il-Prim Ministru qal li d-deċiżjoni tiegħu li ma jraħħasx il-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija hi bbażata fuq il-fatt li ma jistax jieħu deċiżjonijiet skont il-prezz internazzjonali taż-żejt li hemm bħalissa.

Muscat qal li l-Gvern mhux iraħħas il-prezzijiet għax irid jaħseb għal x’jista’ jseħħ fil-futur jekk terġa’ tinbidel is-sitwazzjoni u l-pezzijiet jerġgħu jogħlew.