Wara tliet każi ta’ suwiċidju minn persuni li kienu taħt il-kustodja tal-Pulizija, kollox jindika li fil-5 ta’ Jannar li għadda kien se jkun hemm każ ieħor simili fid-Depot tal-Pulizija.
Fil-ħarġa tal-lum, il-ġurnal The Malta Independent ikkwota lill-blogger Daphne Caruana Galizia, li xi ħadd għaddielha informazzjoni dwar persuna ta’ nazzjonalità Libjana li, jum qabel ma kellha titressaq il-Qorti, ippruvat tneħħi ħajjitha b’idejha.
Ċertifikat ippublikat fuq l-internet juri li t-Tabib iċċertifika li l-feriti li kellu l-Libjan kienu sinjali ċari li dan ipprova jneħħi ħajtu. Għaldaqstant, ingħatat l-ordni biex il-Libjan jittieħed l-Isptar Monte Karmeli u jinżamm taħt osservazzjoni kontinwa.
//= $special ?>


