IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT 16 TA’ JANNAR 2016
IN-NAZZJON fil-faċċata titkellem dwar il-ftuħ tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema IdeaAmbjent. Titkellem ukoll dwar il-bidu ta’ żjarat fl-iskejjel minn rappreżentanti tal-Oppożizzjoni biex ikun żgurat li l-liġi li għadha kemm għaddiet mill-Parlament tkun qed tiġi applikata.
THE TIMES OF MALTA titkellem dwar rapport tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Awditur dwar l-iskandlu Gaffarena jista’ jwassal sabiex il-Prim Ministru Joseph Muscat ikun kostrett jagħmel tibdil fil-kabinett.
L-ORIZZONT minn naħa l-oħra fuq il-faċċata titkellem dwar l-idea ta’ airstrip f’Għawdex, dwar kif Anġelik għadu jgħid li xorta għadu jara lil Madonna u dwar kif l-ewwel fażi dwar il-futur tal-Air Malta ser tkun konkluża fil-ġimgħat li ġejjin.
THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata wkoll titkellem dwar l-Air Malta u tikkwota lill-Ministru tat-Turiżmu jgħid li m’hemm ebda interess li l-Air Malta ssir low cost airline. L-istess gazzetta fi storja oħra tgħidilna kif Joseph Muscat qiegħed iwarrab proposta tal-Kamra tal-Kummerċ sabiex ikun hemm roħs fil-kontijiet tad-dawl. U f’ritratt fuq il-faċċata naraw ukoll kif Redent Falzon rebaħ l-European Elvis Championships 2016 li saru f’Birmingħam.
//= $special ?>