Internazzjonali

Ir-Renju Unit f’morsa ta’ friża

Il-poplu fir-Renju Unit qiegħed jiffaċċja elementi ta’ friża straordinarja u meta t-temperaturi fl-Iskozja, f’dawn is-sigħat, kellhom jinżlu sa għaxar gradi taħt iz-zero.

Il-friża kellha taffettwa l-maġġoranza tar-reġjuni Britanniċi, bl-Uffiċċju Meteoroloġiku iwissi dwar l-akkumulazzjoni ta’ silġ fl-Iskozja u l-Midlands tal-Ingilterra, kif ukoll fi bnadi ta’ Wales u l-Irlanda ta’ Fuq.

It-twissijiet huma partikolarment validi għas-sewqan, fost tbassir ta’ borra fiz-zoni rurali ta’ l-Iskozja li jinkludu l-Highlands u Aberdeenshire.

Fl-istess ħin, it-temp fir-Renju Unit jibqa’ imprevedibbli, għalkemm mistenni li l-inżul tax-xita u l-borra se jkunu elementi konsistenti fil-jiem li ġejjin. Intant, il-ħaddiema tan-Network Rail qegħdin jaħdmu lejl u nhar biex jevitaw intoppi għal min irid jivvjaġġa bis-servizzi tagħhom.