Tifel ta’ 11-il sena li ttajjar fi Triq Hompesch, il-Fgura, f’inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-18:00, qaleb għall-aħjar. Kuntrarju għal dak irrapurtat fi stqarrija uffiċjali tal-Pulizija, il-familja qed tisħaq ukoll li hu qatt ma kien fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija mid-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li tifel residenti Bormla ttajjar minn vettura tat-tip Mazda Demio, misjuqa minn tfajla ta’ 24 sena, residenti s-Swieqi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>
