Lokali

Mhux eskluż li l-vittma kien qed iġorr l-isplussiv

Il-Pulizija mhix teskludi l-ebda teorija dwar il-każ tal-isplużjoni li dalgħodu ħasdet ħajjet Martin Cachia, missier ta’ erbat’itfal, f’Marsaskala.

Mistoqsi preċiżament jeskludix li l-bomba setgħet kienet se titpoġġa lil xi ħadd ieħor u kienet qed tinġarr mill-vittma, l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta qal li l-Pulizija qed tħares lejn lull possibilta’ iżdakollox jindika li l-bomba kienet fuq ġewwa tal-vettura.

Il-Pulizija kkonfermat li Martin Cachia kellu każi pendenti ta’ traffikar ta’ droga, kuntrabandu ta’ sigaretti u traffikar ta’ persuni umani tant li kien taħt kundizzjonijiet ta’ liberta’ proviżorja u kien jiffirma f’għassa.

Il-Pulizija qalet li waqt li bħalissa għaddejja bl-investigazzjonijiet intensivi tagħha, bħalissa qed tkellem ukoll persuni qrib ħafna ta’ Cachia.