Mutur jaħbat ma’ karozza fi Triq Mikiel Anton Vassalli

Sewwieq ta’ mutur sofra xi ġrieħi iżda mhuwiex fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli. L-inċident seħħ għal ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħodu meta f’inċident totalment separat mara ta’ 31 sena minn Santa Venera li kienet qegħda ssuq vettura BMW ħabtet ma’ central strip.

Is-sewwieq tal-mutur, Kolombjan ta’ 30 sena residenti l-Pieta’ għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-mutur fl-istess żona ta’ l-inċident tal-BMW u ħabat ma’ vettura Chevrolet misjuqa minn mara ta’ 29 sena minn San Ġwann.