Erba’ workshops differenti … work shops b’temi differenti li fihom hafna persuni u s-socjeta civili tkellmu dwarl-ideat u l-proposti dwar dan is-suggett.
Fil-workshop dwar l-Ekonomija Ambjentali u l-Innovazzjoni, hareg li l-ekonomija u l-ambjent m’għandomx ikunu żewġ aspetti f’kuntrast ma’ xulxin, iżda jikkumplimentaw lil xulxin.
Fost dawk preżenti kien hemm min wera’ t-tħassib li f’pajjiżna m’għandniex persuni li jippjanaw, iżda sempliċiment persuni li jipproċessaw l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li jaslu quddiemhom. Dan filwaqt li hi kważi ineżistenti l-ideja jew sens ta’ direzzjoni għal pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Fid-diskussjoni, li tmexxiet minn Jonathan Shaw, filwaqt li kienet enfasizzata l-importanza ta’ programm fit-tul fil-qasam ambjentali, saret enfasi biex minn din id-diskussjoni fuq kollox joħorġu proposti kif pajjiżna jista’ jippjana l-iżvilupp fl-istess waqt li l-ambjent naturali jiġi rispettat.
Fost l-oħrajn kien hemm enfasi fuq il-bżonn tal-infurzar hekk kif kien hemm kunsens bejn ħafna li sfortunatament f’pajjiżna kollox sar jgħaddi f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp.
Spikka l-appell għas-sinerġija bejn istituzzjonijiet u awtoritajiet differenti fi ħdan il-Gvern, bħal pereżempju l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-MEPA, li t-tnejn li huma speċjalizzati fil-qasam tagħhom u jafu sew x’hemm bżonn isir biex l-iżvilupp isir iżda b’mod maħsub.
Il-work shop dwar il-mobilita u l-accesibbilta tal-ambjent urban kien iffukat fuq il-mod kif l-inizjattivi ambjentali ghandhom itejbu l-kwalita tal-hajja tar-residenti.
Id-diskussjoni, li tmexxiet mill-moderatur Maria Attard, iffukat fuq proposti li ghandhom jitwettqu biex l-ambjent urban jitjieb. Fost dawn kien il-htiega li jkun hemm bilanc bejn il-htigijiet tar-residenti u t-traffiku, l-importanza tar-rigenerazzjoni tal-komunitajiet, l-accessibbilta ghall-persuni b’dizabbilta fit-toroq u l-bankini u l-uzu ta’ zoni miftuha ghall-komunita.
Il-partecipanti ddiskutew ukoll il-htiega ta’ kampanji ta’ edukazzjoni u ta’ dixxiplina fost ir-residenti u l-bzonn ta’ vizjoni holistiku dwar l-izvilupp urban.
Mill-workshop irrizulta kemm l-ambjent urban ghandu potenzjal pozittiv ghall-ekonomija u kemm l-ippjanar jista jkun fundamentali ghat-titjib fil-kwalita tal-hajja.
Il-milja tal-ġid komuni fit-tfassil u l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet ambjentali kienet fiċ-ċentru tad-diskussjoni waqt il-workshop bit-tema L-Ambjent u s-Saħħa u kien immexxi mil-Lecturer Mary Ann Lauri.
L-importanza tal-ġid komuni kienet fiċ-ċentru tal-interventi tat-Tabib John Paul Cauchi, l-ambjentalista Sarah Muscat u l-edukatur Sandro Spiteri.
Ħafna mill-parteċipanti qablu wkoll fuq il-ħtieġa ta’ viżjoni fit-tul li tħares lil hinn mill-2020 u tħares lejn l-2050. Dan kien l-argument ta’ Michael Stivala mill-Malta Developers Association.
Tal-istess fehma t-tabib John Paul Cauchi li saħaq fuq l-importanza ta’ viżjoni fit-tul anke fuq it-tema ta’ tibdil fil-klima.
Din l-istess viżjoni fit-tul hija meħtieġa fil-qasam tal-immaniġġjar tal-ilma. Brian Restall mill-Malta Water Association saħaq fuq il-ħtieġa ta’ viżjoni fit-tul f’dan il-qasam partikolarment wara l-investiment li għamel Gvern Nazzjonalista f’dan il-qasam.
Il-valur tat-trasparenza fit-tfassil u fl-infurzar tal-liġijiet kien fiċ-ċentru tad-diskussjoni matul ir-raba’ workshop bit-tema Malta f’Kultura li qed Tinbidel li tmexxa minn Davinia Galea.
Matul il-workshop Joanna Spiteri Staines, mill-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa, fissret it-tħassib tagħha għall-fatt li llum hawn nuqqas ta’ dibattitu kulturali.
In-nuqqas ta’ trasparenza fl-infurzar tal-liġijiet kien ukoll l-argument ewlieni ta’ Mark Sultana mill-BirdLife li saħaq fuq l-importanza tat-trasparenza fl-infurzar tal-liġijiet. Il-mod kif il-liġi tal-ippjanar hija msejsa fuq nuqqas ta’ trasparenza kien l-argument ta’ John Ebejer Lecturer fl-Università ta’ Malta.
John Ebejer tkellem ukoll dwar l-importanza tal-valuri u r-responsabilità soċjali fejn jidħol l-ambjent. Tal-istess fehma l-ambjentalist Alfred Baldacchino li saħaq li llum id-deċiżjonijiet huma mneżżgħa minn kwalunkwe responsabilità soċjali u ambjentali.
Il-Konvenzjoni tal-Partit Nazzjonalista, Idea Ambjent, tkompli l-Hadd filghodu.
//= $special ?>

