Waqt il-protesta li saret dalgħodu fl-Msida, ġurnalisti kien aggrediti minn persuni preżenti.
L-inċident seħħ waqt li ġurnalisti kienu qed jagħmlu intervista ma’ wieħed minn dawk li kienu qed jipprotestaw. Jidher li l-kumment li kien qed jagħmel dan ir-raġel dejjaq lill-organizzaturi u dawn ġibdulu l-attenzjoni.
Is-sitwazzjoni eskalat u l-ġurnalisti bdew ikunu insulentati u mgħajra minn dawk preżenti.
Dwar dan l-inċident, persuna li kienet fost il-folla ġiet arrestata mill-Pulizija.
//= $special ?>



