Wara li fl-aħħar ġimgħat numru ta’ Musulmani għażlu l-Imsida biex jitolbu fil-miftuħ, l-Għaqda Patrijotti Maltin organizzat protesta fl-istess post fejn isir it-talb mill-Musulmani, propju quddiem il-Knisja ta’ San Ġużepp fl-Msida stess.
Fil-protesta tal-Għaqda Patrijotti Malitn kien hemm sens ta’ rabja għat-talb mill-musulmani fil-miftuħ, fejn kulħadd kien tal-istess opinjoni li dawn għandhom imorru jitolbu fil-Moskea f’Raħal Ġdid, u mhux f’nofs l-Msida.
Id-dimostranti kienu milqugħa b’ħobż bil-koxxa tal-majjal, li skont l-uffiċjali tal-Għaqda Patrijotti Maltin tqassam b’solidarjetà mal-istudenti Maltin li ma tħallewx jieħdu ħobż bil-perżut fl-iskola ta’ San Pawl il-Baħar biex ma joffendux is-sentimenti ta’ tfal Musulmani. Mmedjatament izda l-Kap u Assistent Kap tal-Iskola cahdu dan, waqt li fi stqarrija, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ċaħad li l-istudenti Maltin mhux jitħallew jieħdu ħobż bil-perżut fl-iskola ta’ San Pawl il-Baħar.
Tul il-protesta l-Għaqda Patirjotti Maltin bdiet tiġbor firem kontra l-integrazzjoni sfurzata bl-iskop li jsir referendum f’dan is-sens.
Il-kelliem mistieden f’din il-protesta kien George Tabone, li qal li l-Maltin m’ghandhomx mibgħeda konrta r-refuġjati, iżda m’għandhomx bżonn integrazzjoni ma’ popli oħra.
George Tabone qal li dan mhux element razzist iżda ma jistgħux jaċċettaw impożizzjoni minn reliġjonijiet li jmorru kontra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Tabone appella lill-komunita Musulmana biex tirrispetta l-kultura Maltija u jkunu rgiel fl-azzjonijiet tagħhom.
Il-protesta kienet indirizzata wkoll minn diversi uffiċjali tal-Għaqda Patrijotti Maltin, li sostnew li l-Maltin qed ikunu diskriminati. Huma kkritikaw il-fatti li fil-pajjiż hawn 100,000 fil-faqar waqt li l-awtoritjaiet jagħtu madwar elf ewro fix-xahar lil kull immigrant li jasal Malta. Fil-protesta saret ukoll kritika qawwija fil-konfront tal-attakki li saru fuq nisa u tfajliet Ewropej fil-Ġermanja u sostnew li l-Musulmani ma jirrispettawx lin-nisa.
Kien il-Presdient Alex Pisani li ddikjara li l-awtoritjaiet m’għandhomx joħorġu permessi għall-Muslmani biex jitolbu fit-toroq. L-uffiċjali tal-Għaqda Patrijotti Maltin sostnew li l-Muslmani għandhom jitolbu fil-Moskea ta’ Raħal Ġdid għaliex wara kollox din m’hi ‘l bogħod mill-ebda lokal f’Malta.
Tas-Sliema saret qisha s-Sawdi Għarabija, sostna Alex Pisani, li kompla appella lill-awtoritajiet biex ma jġibux sitwazzjoni li fiha l-Maltin ikollhom jerġgħu jxerrdu demmhom għal pajjiżhom.
Fi tmiem il-protesta inqala’ inċident bejn ġurnalisti u xi attivitsi tal-Għaqda fejn intervjeniet il-pulizija li arrestat dimostrant.
//= $special ?>