F’diversi partijiet ta’ Malta, l-aktar fiż-żona ta’ San Ġiljan, ftit tal-ħin ilu nħass terrimot ieħor li skont is-Seismic Monitoring & Research Group tad-Departiment ta’ Geoxjenża tal-Universita ta’ Malta
kejjel qawwa ta’ 4.1 fuq l-Iskala Richter. It-terremot seħħ fil-5:36pm qrib Sqallija.
Nhar l-Erbgħa f’Malta nħass terremot ieħor li kejjel qawwa ta’ 4.4 fuq l-Iskala Richter qrib Sqallija u li nħass minn diversi partijiet ta’ Malta u Għawdex. L-epiċentru ta’ dan it-terremot kien fil-baħar madwar 30KM bogħod minn Malta.
Netnews.com.mt tkellem mal-Pulizija li konfermaw li s’issa ma kellha ebda rapporti.
//= $special ?>

