Il-kriterji stabbiliti biex ikunu konfermati d-dehriet ma nżammux
Il-Gazzetta il-mument illum żvelat li minkejja li hemm saċerdoti viċin il-Kurja li qatt ma esprimew pożizzjoni pubblika favur l-allegati fenomini f’Borġ in-Nadur iżda kellhom esperjenzi straordinarji meta kienu fid-dar ta’ Angelik Caruana f’Birżebbuġa, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ uħud mill-kriterji mill-istess
Angelik wasslu biex bħall-bieraħ ġimgħa, il-Knisja ħarġet digriet negattiv fil-konfront tal-allegati dehriet f’Borġ in-Nadur.
Deċiżjoni f’ġimgħatejn u xhieda mhijiex inkluża
Wara għaxar snin ta’ allegati fenomini f’Borġ in-Nadur, f’perjodu ta’ ġimgħatejn il-Knisja f’Malta ddeċidiet dwar id-dehriet f’Borg in-Nadur. Dan sar wara rapporti psikoloġiċi fuq Angelik Caruana, intervisti ma’ persuni u stħarriġ ieħor. Kritika li qed tiffaċċja l-Knisja f’dan il-mument hu li x-xhieda ta’ diversi persuni li kellhom esperjenzi ma kenux inklużi fl-istħarriġ finali.
Angelik kiser kriterji stabbiliti mill-Knisja
Jirriżulta li l-investigaturi tal-Knisja ffokaw l-aktar fuq il-pożizzjoni ta’ Angelik Caruana. Fost dawn il-kriterji hemm il-konsistenza fil-messaġġi, l-atteġġjament tal-persuna involuta, jekk hemmx negozju madwar il-fenomenu u jekk hemmx ingann.
“Se nkun ubbidjenti iżda…”
Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għal dan il-każ, Angelik Caruana li kien intervistat għall-programm Mhux għax Jimpurtani li xxandar nhar il-Ħamis li għadda fuq NET TV, qal li hu se jkun ubbidjenti għad-deċiżjoni tal-knisja iżda ma jistax iżomm l-allegati dehriet li jseħħu kull nhar ta’ Erbgħa.
Isostnu li kellhom esperjenzi straordinarji
Xhieda ta’ dawn l-esperjenzi hemm diversi persuni lajċi u anki saċerdoti li fl-aħħar snin kienu viċin Angelik u l-familja tiegħu.
Wieħed mill-allegati fenomini li seħħew fuq din l-istatwa hu li f’mumenti minnhom diversi persuni qalu li raw anki l-istatwa tiċċaqlaq. Din l-informazzjoni kienet mgħoddija kollha lill-awtoritajiet spiritwali li qed jieħdu ħsieb il-każ. Fil-fatt l-informazzjoni dwar din l-istatwa wasslet biex sar anki analiżi tal-intern tal-istatwa biex ikun stabbilit li fuq ġewwa tagħha ma sar l-ebda ingann li minnu jista’ joħroġ il-likwidu. Irriżulta li ma kien hemm xejn fuq ġewwa.
L-istatwa tal-Madonna tinżamm fid-dar ta’ Angelik
L-istatwa tal-Madonna li fuqha jseħħu l-allegati fenomini baqgħet tinżamm fid-dar ta’ Angelik. Kien biss għal perjodu qasir li l-Knisja ħadet din l-istatwa mingħand il-familja ta’ Angelik u żammitha fil-Kurja.
Jgħid li l-Madonna għadha tidher
Il-persuna fiċ-ċentru ta’ din l-istorja, Angelik Caruana, jsostni li hu qed jara lill-Madonna u jiddeskriviha bħala mara sabiħa ħafna li dejjem tiġi mill-istess naħa tas-sema u tkun akkumpanjata minn anġli.
Il-Knisja f’Malta tiddeċiedi qabel deċiżjoni fuq Medjugorje
Id-deċiżjoni tal-Knisja f’Malta dwar il-każ ta’ Angelik ittieħdet propju ftitt qabel il-Vatikan mistenni jieħu deċiżjoni mportanti ħafna dwar l-allegati dehriet ta’ Medjugorje.
F’din id-deċiżjoni se jkun hemm il-kontribut tal-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna.
S’issa dawn id-dehriet, li ġbdu lejhom miljuni ta’ devoti, għandhom mhux rikonoxxuti mill-Vatikan.
//= $special ?>