Anzjan Brittaniku li jinsab f’pajjiżna nstab qawwi u sħiħ wara appell min-neputijiet tiegħu fuq Facebook.
L-anzjan mir-Renju Unit, il-ġimgħa d-dieħla jagħlaq 90 sena, u qrabatu kienu qed jappellaw għall-informazzjoni wara li zijuhom, Harold Grist, qata’ kull kuntatt li kellu mal-familja.
L-anzjan, deskritt bħala bniedem indipendenti, riċentament kien qed jgħix f’lukanda f’San Pawl il-Baħar iżda qrabatu qalu li qagħad ukoll f’lukandi oħra f’Buġibba u l-Qawra. Filfatt jirriżulta li dan instab f’lukanda differenti wara l-appelli li saru.
//= $special ?>


