L-MUMN qed tipprotesta mal-Gvern dwar l-uniformijiet tal-infermiera u l-qwiebel.
L-MUMN qed tinsisti li tiġi kkonsultata qabel kull meta jinħareġ tender għall-materjal, il-ħjata u l-provvista tal-uniformijiet inkella tkun kostretta li tippubblika direttivi industrijali.
F’ittra lis-Segretarju Parlamentari tal-Ministeru tas-Saħħa u lid-Dipartiment tas-Saħħa, il-union qalet li rċeviet ilmenti minn kull sptar u minn kull ċentru tas-saħħa.
Insistiet li l-ilmenti huma ġustifikati u li kull darba li tressaq ilmenti lill-Gvern, ir-risposta tkun li se jsir aġġustament fit-tender ta’ wara.
Ilmentat li mhix qed tiġi kkonsultata fil-proċess ta’ kif isiru l-uniformijiet u li fil-passat kienet tiġi kkonsultata u l-ilmenti kienu naqsu drastiment. Spjegat li fl-aħħar ħames snin, il-konsultazzjoni waqfet “bir-riżultat ikun wieħed mhux xieraq”.
//= $special ?>
