Luttu doppju għall-kantanta Kanadiża Celine Dion. Dan wara li l-Ħamis miet ir-raġel tagħha minħabba l-marda tal-kanċer, is-Sibt miet ħuha l-kbir minħabba l-istess marda.
Daniel Dion kellu 59 sena u kien wieħed mit-13-il aħwa li kellha Dion. Ir-raġel tagħha, Rene Angelil, miet il-Ħamis, ġurnata qabel ma kellu jgħalaq 74 sena.
Il-funeral ta’ Angelil se jsir fit-22 ta’ Jannar fl-istess knisja f’Montreal fil-Kanada fejn kien iżżewweġ lil Dion 21 sena ilu. Dion, li għandha 47 sena, kellha tliet itfal minn Angelil – Rene-Charles li twieled fl-2001 u t-tewmin Nelson u Eddy li twieldu fl-2010.
Luttu doppju għal Celine Dion
