Għas-seba’ sena konsekuttiva, il-Palazz ta’ Sant’ Anton illum fetaħ il-bibien tiegħhu għall-attivita’ Festa Citru.
Matul l-attivita’, wieħed seta’ jixtri l-frott tac-Citru, fosthom il-lumi, larinġġ u mandolin kif ukoll prodotti magħmula minn dan il-frott bħal kejkijiet u muffins. Iċ-Ċitru inqata’ kollu mis-600 siġra li jinsabu fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.
Dawk preżenti setgħu jgawdu minn atmosfera sabiħa u divertiment minn diversi baned.
Id-dħul għal din l-attivita’ kien mingħajr ħlas u għalhekk il-flus inġabru mill-bejgħ tal-prodotti. Il-flus miġbura marru għall-Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>