Hekk kif il-pajjiż jinsab f’morsa ta’ temp kiesaħ, l-awtoritajiet f’Firenze ħarġu allert minħabba l-kesħa kbira li mistennija tagħmel bejn it-Tnejn u t-Tlieta.
Dan, peress li hemm il-possibbiltà li t-temperatura tinżel taħt iż-żero u għalhekk jinħareġ allert mill-awtoritajiet. Hemm il-possibbiltà li t-temperatura tinżel sa tliet gradi taħt iż-żero, u l-anzjni kienu mwissija biex jekk jista’ jkun jibqgħu ġewwa. Apparti minhekk, tħabbar li se jkun hemm ċentri ta’ kenn għal dawk bla kenn fiss.
Ukoll, diversi skejjel qed jinżammu magħluqa minħabba l-ammont ta’ borra li niżlet.
Matul il-ġurnata tat-Tnejn, fost il-bliet fejn kienet irreġistrata t-temperatura l-aktar kiesħa kien hemm Campobasso, b’temperatura ta’ tnejn taħt iż-żero, u Potenza b’zero gradi, filwaqt li L’Aquila kellha temperatura ta’ grad wieħed. F’Katanja fi Sqallija, mal-lejl bejn il-Ħadd u t-Tnejn, it-temperatura niżlet għal grad Celsius.