Futbol Sport

Floriana FC isolvu l-kwistjonijiet ma’ Stephen Vaughan

Floriana FC solvew il-kwistjonijiet li kellhom ma’ Stephen Vaughan u li kien ilhom għaddejjin għall-aħħar snin.

Minn informazzjoni ta’ min jorbot fuqha, Replay hu infurmat li l-eks President ta’ Floriana, Stephen Vaughan Junior hu interessat li permezz tal-kumpanija tiegħu jinvesti fil-klabb ta’ Sliema Wanderers. L-istess sorsi żvelaw li preżentament hemm investituri mill-Italja, li diġa’ kienu żvelati mill-ġurnal The Times, li qed juri interess li jinvestu fil-klabb Malti kif ukoll l-investitur Vaughan Junior.

Hu fatt magħruf li Sliema Wanderers qed ifittxu investituri minn barra sabiex jidħlu jiffurmaw parti mit-tmexxija tal-klabb u dan wara li falla għal kollox il-proġett li l-klabb Slimiż iffirma ma’ NC TV f’Ġunju li għadda.