Ursula von der Leyen, il-Ministru tad-Difiża Ġermaniż, qalet li mhux qed teskludi l-possibbiltà li jkun hemm intervent militari Ġermaniż fil-Libja.
Dan, hekk kif il-ġellieda tal-ISIS qed ikomplu jissaħħu f’dan il-pajjiż u joffru theddida ġdida għall-Ewropa, li tista’ twassal għal mewġa ġdida ta’ immigranti diretti lejn l-Ewropa.
Minħabba f’hekk, von der Leyen ma eksludietx il-possibbiltà li jintbagħtu truppi Ġermaniżi lejn il-Libja f’kummenti lill-ġurnal Ġermaniż ‘Bild’. Hi qalet li l-Ġermanja kienet lesta ġġorr il-piż tagħha tar-responsabbiltà għal dak li qed jiġri fil-Libja, imma naqset li tagħti aktar dettalji, għalkemm qalet li l-aktar ħaġa importanti kienet li fil-Libja jkun hemm l-istabbiltà.
Il-Ġermanja ma teskludix intervent militari fil-Libja
