Lokali Parlament

Il-Pulizija jitilfu €100,000 f’extra duties bix-xogħol jingħata lill-privat

Il-Ministru Carmelo Abela jgħid li d-deċiżjoni ma kinitx tal-Korp jew tal-Ministeru tiegħu

Il-Ministru Carmelo Abela ma qalx x’wassal għad-deċiżjoni li xogħol extra li kienu jwettqu l-Pulizija b’rabta ma’ xogħol tal-Kummissjoni Elettorali, mhux se jsir aktar mill-Puliizja, li b’din id-deċiżjoni se jitilfu €100,000 fi dħul.

Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami, staqsa llelja fil-Parlament lill-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali u Intern, Carmelo Abela, jgħid x’wassal għal din id-deċiżjoni li b’daqqa ta’ pinna tħassar l-extra duties li kienu jagħmlu l-Pulizija u li issa se jsir mill-privat. Staqsa wkoll x’inhi l-politika dwar l-extra duties tal-Korp tal-Pulizja, u jekk il-pulizija hux se jkunu kumpensati għal dan in-nuqqas ta’ dħul, u jekk dan in-nuqqas ta’ dħul għall-membri tal-Korp jinkewetahx.

Il-Ministru Abela qal tkellem biss dwar il-wiegħda li wettaq dan il-Gvern li l-extra duty tal-Pulizija jiġi ntaxxat b’rata anqas ta’ 15%, liema miżura daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena fl-2016. Hu saħa qli kien dan il-Gvern li sema’ t-talba tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija.

Bil-Ministru Abela ma jweġibx għall-mistoqsijiet li kien mitlub iwieġeb, Beppe Fenech Adami reġa’ ressaq l-istess mistoqsijiet waqt li rrimarka li hu inutli li titnaqqas it-taxxa fuql-ectra duties jekk il-puliizja tteħdilhom issa l-extra duties, u talbu mill-ġdid
Il-Ministru Abela reġa’ wieġeb li dan il-Gvern wettaq dak li kien wiegħed. Fisser li m’hemm ebda policy fil-Korp biex jonqos l-extra duties u qal li hu ma kienx infurmat bid-deċiżjoni li ttieħdet li l-Pulizija ma tibqax tagħmel ix-xogħol tal-Kummissjoni Elettorali, u qal li kienu entitajiet oħrajn tal-Gvern li ħadu d-deċiżjoni li x-xogħol tal-Pulizija jsir mill-privat, u mhux il-Ministeru tiegħu.

Il-Ministru Carmelo Abela baqa’ ma weġibx jekk hux preokkupat li l-Pulizija li se jonqsilhom €100,000 kull sena, u dwar x’se jagħmel biex id-dħul tal-pulizija ma jonqosx u jekk hux se jkunu kumpensati.