It-traġedja tal-cruise liner tal-Costa Concordia ħasdet id-dinja. Fit-13 ta’ Jannar 2012, erba’ snin ilu, il-vapur inkalja qrib il-gżira ta’ Giglio mal-kosta Taljana. F’din it-traġedja kienu mietu 32 ruħ fost l-4,000 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ li kienu fuq il-vapur fil-ħin tal-inċident.
Dwar dan l-inċident, Francesco Schettino ta’ 56 sena kien instab ħati ta’ qtil involontarju ta’ 32 passiġġier u ntbagħat 16-il sena ħabs.
Wara operazzjoni twila, li swiet aktar minn €1.5 miljun, il-vapur, li jiżen 114,000 tunellata, kien twassal fil-port ta’ Ġenova għall-iscrapp.
Dawn ir-ritratti juru l-istat li fih spiċċa dan il-vapur minn ġewwa. Vapur lussuż li ħafna Maltin għandhom memorji ta’ vaganzi memorabbli fuqu.
//= $special ?>