Il-prezz taż-żejt ikompli jorhos fis-swieq internazzjonali. Dan hekk kif it-Tnejn il-prezz taz-zejt issa niżel għall-prezz ta’ 28 dollaru kull barmil. Il-Brent Crude, il-kejl internazzjonali għall-prezz taż-żejt, it-Tnejn irreġistra l-prezz ta’$27.67 – l-irħas prezz mill-2003.
Anki l-prezz taż-żejt Amerikan raħas fil-prezz biex reġistra l-prezz ta’$28.86.
It-tmiem tas-sanzjonijiet kontra l-Iran biex fis-suq diġa bi provista taż-żejt abundanti, se jiżdied ukoll dak Iranjan. Xi ħaġa li ħafna qed ibassru li se jgħin biex il-prezz ikompli jorħos u jinżel saħansitra għal 20 dollaru kull barmil.
Iż-żejt bl-irħas prezz mill-2003 … $28 kull barmil


