Kważi terz tal-vetturi li l-Korp tal-Pulizija għandu f’Għawdex jinsabu bil-ħsara, bi wħud minnhom jirriżulta li ma jissewwewx filwaqt li minn dawk li jaħdmu hemm vetturi li waslu biex jieqfu wkoll.
Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari li għamel ix-Shadow Minister, Chris Said, lill-Ministru għas-Sigurtà Soċjali u l-Intern, Carmelo Abela, li fit-tweġiba tiegħu ta’ lista ta’ seba’ vetturi li mhux jintużaw minħabba ħsara.
Jirriżulta li l-vetturi li ma jaħdmux huma Ford Focus tad-Distrett; Jeep Suzuki tal-ALE; Alfa Romeo tad-Distrett; Kia Rio tad-CID; mutur Suzuki ta’ Kemmuna; mutur BMW tat-traffiku; u mutur Yamaha tat-traffiku.
Minn informazzjoni li għandu Netnews, jirriżulta li dan l-ammont ta’ vetturi bi ħsara jew li mhux jintużaw, jammontaw għal kważi terz tal-vetturi tal-Pulizija f’Għawdex. Uħud minn dawn il-vetturi jirriżulta wkoll li ma jissewwewx filwaqt li hemm vetturi tal-Pulizija li għadhom jintużaw f’Għawdex li waslu biex jieqfu wkoll.
Il-lista ta’ vetturi li mhux jintużaw turi l-bżonn urġenti li l-Korp tal-Pulizija f’Għawdex ikollu vetturi aktar moderni.
//= $special ?>