RUMANIJA………………..12
MALTA……………………….7
(2-4, 2-5, 1-1,2-2)
Nhar it-Tnejn filgħodu t-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo tilef il-ħames logħba tiegħu fil-Kampjonat Ewropew bi skor ta’ 12-7 kontra r-Rumanija. Din kienet logħba valida għall-kwalifikazzjoni għall-pożizzjonijiet finali bejn id-disa’ u s-16 -il post.
Ir-Rumeni rebħu l-ewwel sessjoni 4-2 u fit-tieni waħda żiedu fir-ritmu tagħhom u rebħuha 5-2. Kien biss fit-tielet u fir-raba’ sessjoni fejn il-Maltin offrew reżistenza u s-sessjoni intemmet 1-1. Fl-aħħar sessjoni l-Maltin reġgħu żammew lill-avversarji 2-2 li iżda rebħu bi skor ta’ 12-7.
Għall-Maltin skorjaw is-seba’ gowls Stevie Camilleri (4 gowls), u Niki Lanzon, Jordan Camilleri u Aurelien Cousin.
Il-wirja tal-Maltin tista’ tiġi kkunsidrata bħala pożittiva u l-plejers Maltin komplew jibnu fuq il-wirja diġa’ tajba li kellhom nhar is-Sibt li għadda kontra Spanja.
Issa l-Maltin jonqoshom żewġ logħbiet oħra. Malta issa jmissha tilgħab nhar l-Erbgħa fid-9am kontra l-Islovakkja.
//= $special ?>