Redino Apap irriżenja minn Viċi President ta’ Qormi F.C. kif ukoll mill-Kumitat tal-istess klabb.
Dan ifisser li l-eks President ta’ Qormi F.C. qed jirriżenja wkoll mill-Eżekuttiv tal-MFA kif ukoll minn Membru tal-Kunsill tal-MFA.
Intant Victor Camilleri, magħruf bħala ċ-Ċaċċu, irritorna fil-klabb ta’ Qormi, mhux bħala membru tal-Kumitat iżda bħala membru ta’ wieħed minn ħames bordijiet ġodda.
Dan hekk kif il-klabb ħatar bord li se jieħu ħsieb in-nursery u l-iżvilupp tagħha, u li tiegħu Victor se jkun membru.
Inħatrar ukoll bord għall-proġetti ġodda tal-klabb, bord fuq il-finanzi, bord fuq l-attivitajiet, membri u fundraising u bord ieħor fuq il-liċenzja tal-klabb.
Intant fil-Kumitat daħal Joseph Cardona, li se jokkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-klabb u Charles Frendo li nħatar kaxxier.
//= $special ?>