Is-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Michael Falzon, talab lill-Ispeaker Anġlu Farrrugia jinvestiga kif fl-aħħar jiem, rapport tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali li għandu jitressaq fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati nhar l-Erbgħa li ġej, spiċċa f’idejn il-media li fl-aħħar jiem ippubblikat rapporti dwar il-kontenut ta’ dan ir-rapport.
Ir-rapport li se jiġi ppreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra, jittratta l-każ marbut mal-iskandlu ta’ Gaffarena u trasferiment ta’ artijiet.
Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon talab li ssir investigazzjoni mil-Ispeaker f’ittra li bagħat is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon u li l-Ispeaker irċieva ftit minuti qabel ma bdiet is-seduta parlamentari tal-lejla.
L-Ispeaker, li kkonferma li hu ġie biss infurmat li r-rapport mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali se jitressaq fil-Parlament nhar l-Erbgħa li ġej, qal li se jgħaddi l-ittra lill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali biex jinvestiga t-talba tas-Segretarju Parlamentari.
Fl-ittra lill-Ispeaker, is-Segretarju Parlamentari għamel riferenza għal rapporti fil-media li dehru l-aktar fil-gazzetta The Times b’rabta mar-rapport li għandu jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa li ġej.
//= $special ?>