Lokali

Tliet swali tal-logħob ta’ kumpanija bbażata f’Malta sekwestrati fl-Italja

Il-Pulizija fl-Italja qed jinvestigaw erba’ persuni wara li ġew sekwestrati tliet swali tal-logħob ta’ kumpanija rreġistrata f’Malta; Phoenix International Ltd.

Il-persuni nvestigati, Domenico Serafini, Giuliana Capodanno, Gianluca Zippi u Michele Giancola huma kollha residenti ta’ Teramo u kienu jmexxi l-kumpaniji responsabbli mis-swali tal-logħob, Bet1128 u tnejn oħra bl-isem ta’ AleaBet li ġew sekwestrati mill-Pulizija tal-Guardia di Finanza ta’ Teramo.

Jirriżulta li dawn qed jaffaċċjaw akkużi li aċċettaw imħatri llegali f’isem Phoenix International Ltd. u li kienu fit-tmexxija ta’ kumpaniji li kienu qed joperaw mingħajr konċessjoni tal-gvern jew liċenzja biex joperaw.