It-tim nazzjonali Malti tan-nisa, illum u nhar il-Ħamis li ġej se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra l-Latvja.
Dawn il-partiti se jservu bħala preparazzjoni għall-plejers għall-partiti mill-Grupp tal-kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej li jmiss. L-ewwel partita tintlagħab illum fis-Centenary Stadium, fis-2.30pm. Il-Ħamis, fis-Centenary Stadium, tintlagħab it-tieni partita bejn iż-żewġ naħat u din tibda fis-2.30pm.Ir-referee taż-żewġ partiti se tkun is-Sinjura Reelike Turi mill-Federazzjoni tal-Estonja.
Id-dħul għaż-żewġ persuni se jkun mingħajr ħlas.
Mark Gatt, il-kowċ nazzjonali Malti, sejjaħ lil dawn il-plejers għal din il-partita:
Gowlkipers: Emma Grech u Janice Xuereb
Difensuri: Stephania Farrugia, Jade Flask, Ann-Marie Said, Yasmeen-Marie Vella, Gabriella Zahra u Charlene Zammit
Midfielders: Kimberly Parnis, Dorianne Theuma, Emma Xuereb, Shona Zammit, Antoinette Sammut u Claudette Xuereb
Attakkanti: Kelly Grace Agius Pace, Martina Borg, Ylenia Carabott u Raina Giusti.