Persuni li tkellmu ma’ NETnews.com.mt qalu li r-raġel li spiċċa taħt karozza fi Triq il-Kunvent f’Ħaż-Żabbar ħassu ħażin waqt li kien se jaqsam it-triq.
Fortunatament, u minkejja li spiċċa taħt karozza li dak il-ħin kienet miexja, hu sofra biss xi feriti ħfief. Kif juri l-filmat (ara aktar ‘l isfel), ir-raġel deher li baqa’ f’sensieh, tant li baqa’ jikkomunika mal-Pulizija sakemm waslet l-Ambulanza fil-post.
Aktar kmieni …
Raġel ittieħed l-Isptar għall-kura wara inċident li seħħ dalgħodu f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq il-Kunvent, bil-Pulizija għadha qed tinvestiga jekk ir-raġel intlaqatx minn vettura jew jekk waqax quddiemha.
Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, bir-raġel jingħata l-ewwel għajnuna medika qabel ma ttieħed l-Isptar għal aktar kura.
Għalkemm il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa, ma jirriżultax li r-raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
//= $special ?>

