Ambjent Lokali

Drenaġġ ifur fil-wied ta’ Ħal Qormi

Numru kbir ta’ residenti Qriema ikkuntatjaw lil dan is-sit b’ilmenti dwar drenaġġ li qed ifur fil-wied ta’ Ħal Qormi. Id-drenaġġ għaddej mill-parti fejn sar il-proġett ta’ kontra l-għargħar, u qed jibqa’ nieżel sal-inħawi tal-Marsa.

Diversi kienu dawk illi irrmarkaw kif djarhom spiċċaw imtlew b’irwejjaħ qawwija.

Mhux magħruf eżatt il-ħsara li wasslet biex far dan id-drenaġġ li dam ħiereġ tul il-ġurnata kollha.