In-nefqa totali tal-Gvern fuq reklamar u informazzjoni dwar il-Baġit ta’ din is-sena laħqet is-somma ta’ €200,560.
Dan kien iddikjarat mill-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli, li staqsa wkoll fuq xiex intefaq dan l-ammont, min kienu u kemm tħallsu l-kuntratturi li ħadmu fuq dan ix-xogħol, u liema xogħol ingħata b’tender u liema xogħol ingħata wara sejħa pubblika.
Il-Prim Ministru wieġeb li l-ispiza tkopri spejjez marbuta ma’ filming, editing, dwal, sound, produzzjoni ta’ avvizi informattivi fuq gazzetti, televizjoni, radju u online, konferenzi tal-aħbarijiet u loġistika kollha relatata.
Din l-ispiza kienet €19,440 jew 9% inqas mill-ispiża fuq il-kampanja ta’ informazzjoni dwar il-Baġit 2015. Anqas ukoll mill-ispiża b’rabta mal-Baġit 2013.
Ix-xogħol sar minn Force 5, webee, Que Sound, Nexos, TEC, HALO, AF Signs, Matthew Cesareo, Aaron Briffa, Centrecom, Vintage Concepts, Ikona Artworks u PBS. Ix-xogħol ingħata skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern, wara li ntalbu kwotazzjonijiet.
//= $special ?>