Aġġornata : Ftit tal-ħin ilu, quddiem il-Maġistrat Paul Coppini tressaq akkużat b’dan ir-reat – ta’ theddida ta’ bomba fil-Qorti ta’ Għawdex – Daniel Zammit ta’ 23 sena mir-Rabat mill-Pulizija ta’ Għawdex.
Daniel Zammit, assistit mill-Avukat Angele Formosa, ametta l-akkużi miġjuba kontra tiegħu u weħel multa ta’ €1000 u sentenza ta’ priġunerija għal 6 xhur sospiża.
Kien aktar kmieni meta l-Maġistrat Joe Mifsud, għadda lill-pulizija l-ismijiet ta’ żewġ persuni li kienu għandhom kemm deheru quddiemu u li dwarhom hu kellu suspett li seta’ kien xi ħadd minnhom li għamel it-theddida ta’ bomba.
Il-Pulizija t’Għawdex bdiet tinvestiga mmedjatament u kkonkludiet il-każ f’ħin qasir meta wieħed mill-arrestati ametta mal-Pulizija li kien hu li għamel it-telefonata anonima dwar theddida ta’ bomba fil-bini tal-Qorti t’Għawdex
Tard dalgħodu, ħafna mix-xogħol fil-Qorti ta’ Għawdex waqaf ħesrem kawża ta’ theddida ta’ bomba li daħlet għall-ħabta tal-11.30am.
Fil-post marru mill-ewwel numru ta’ Pulizija mill-Għassa tar-Rabat, li evakwaw lin-nies bħala prekawzjoni.
Il-Maġistrat Paul Coppini waqqaf is-seduti immedjatament, filwaqt li l-Maġistrat Joe Mifsud għażel li jkompli għaddej bis-smigħ tal-kawżi li kellu quddiemu.
Dwar dan intalbet l-għajnuna wkoll tal-Bomb Disposal Unit tal-Forzi Armati ta’ Malta, li jinsabu fi triqthom lejn Għawdex biex jassiguraw li fil-bini tal-Qorti ta’ Għawdex ma hemm l-ebda periklu.
//= $special ?>