Għawdxija ta’ 43 sena bl-isem ta’ Dorothy Refalo u li hemm min isibha bħala ‘r-reġina tad-droga f’Għawdex’ – tinsab mill-ġdid f’idejn il-Pulizija wara li fil-pussess tagħha nstabu 50 gramma eroina.
Sorsi li tkellmu ma san l-istazzjon fissru li Dorothy Refalo kienet arrestata mill-Pulizija nhar it-Tnejn filgħaxija waqt li kienet fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex – post li hi tiffrekwenta ħafna.
L-arrest tagħha sar minn Pulizija membri tat-Taqsima ta’ Kontra d-Droga li kienu ilhom isegwuha billi jmorru Għawdex apposta biex jistudjaw il-movimenti tagħha. F’mument minnhom il-Pulizija – li ma kienu fl-ebda kuntatt mal-Pulizija ta’ Għawdex – iddeċiedew li jinterċettaw lil Dorothy Refalo.
Minn aktar stħarriġ li sar f’residenza f’Ta’ Sannat f’Għawdex stess, intabu mal-ħamsin gramma eroina lesti biex ikunu traffikati. Il-Pulizija arrestat u ġabet Malta lill-istess Dorothy Refalo biex tgħin f’aktar investigazzjonijiet u mhux eskluż li f’dawn il-jien hi se titressaq il-Qorti b’konnessjoni mas-sejba tad-droga li saret fir-residenza f’Ta’ Sannat.
//= $special ?>